Navigate Up
Sign In

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU

Reference Number: PR180271, Press Release Issue Date: Feb 07, 2018
 
Il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi lbieraħ kellu diversi laqgħat ġewwa Tel Aviv hekk kif l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu qiegħda tipparteċipa għall-ewwel darba fil-fiera internazzjonali IMTM li ssir kull sena f’Tel Aviv.

Il-Ministru Konrad Mizzi qal li s-suq tal-Iżrael fil-qasam tat-turiżmu huwa wieħed strateġiku għal pajjiżna u l-Ministeru għat-Turiżmu jħoss li dan għandu jikber fis-snin li ġejjn. Huwa għalhekk li s-sena d-dieħla l-ministeru qiegħed jimmira li jżid b’mod konsiderevoli n-numru ta’ turisti li jiġu Malta mill-Iżrael—din is-sena n-numru ta’ turisti mill-Iżrael laħaq in-numru ta’ 16,666. Dan ser isir ukoll permezz ta’ kampanja ta’ promozzjoni ġdida ġewwa l-
Iżrael flimkien mal-operaturi tal-ivjaġġar u permezz ta’ programmi apposta ta’ Jewish Heritage f’pajjiżna.

Mill-aspett tal-linja nazzjonali tal-ajru, l-Air Malta ser tkun qiegħda topera r-rotta ta’ Tel-Aviv ħames darbiet fil-ġimgħa fis-sajf u tliet darbiet
fil-ġimgħa fix-xitwa minn Marzu li ġej. L-Air Malta qiegħda wkoll fil-proċess li jkollha sales distribution network ġewwa l-Iżrael permezz ta’ aġenti tal-bejgħ ġodda u permezz ta’ żieda fir-riklamar fis-suq tal-Iżrael.