Navigate Up
Sign In

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU

Reference Number: PR191952, Press Release Issue Date: Sep 19, 2019
 
Il-Ħamis, il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi f’Birżebbuġa neida l-ewwel fażi ta’ skema ta’ ffinanzjar ta’ double glazing għar-residenti ta’ Birżebbuġa, u ħabbar li se tiftaħ f’Ottubru.

Għall-ewwel fażi ta’ din l-iskema qed jiġu allokati €300,000. Għalissa f’din il-fażi, eliġibbli għalliskema huma residenti li joqogħdu fi kważi 40 triq magħżula, l-aktar partikolarment fiż-żoni magħrufa bħala Tal-Papa, San Patrizju u oħrajn. Dawn it-toroq intgħażlu wara li sar studju kkummisjonat minn kumpanija indipendenti u kif ukoll wara konsultazzjoni mal-kunsill lokali u bosta focus groups li għandhom għal qalbhom Birżebbuġa.

Il-Ministeru għat-Turiżmu mistenni jagħti 90% rebate tal-ispejjeż u kull residenza li tapplika għal din l-iskema tista’ tapplika għal ammonti sa massimu ta’ €2,000.

Din l-iskema hija skema tal-Ministeru tat-Turiżmu u ġiet iffinanzjata mill-Freeport Terminal u lFreeport Corporation. 

It-toroq magħżula għal din l-iskema huma dawn:

Triq iċ-Ċief, Triq il-Borok, Triq il-Gawwi, Triq il-Gandofla, Triq il-Qroll, Triq l-Imħar, Triq Kangu, Triq ir-Rizza, Triq il-Girgħien, Triq Garibaldi, Triq Baden Powell, Triq Nightingale, Triq G. Marconi, Triq l-Imnarja, Triq it-Trunnċieri, Triq K. Frendo, Triq Wied il-Buni, Triq tal-Papa, Triq San Patrizju, Triq il-Kummerċ, Triq Giuseppi Despot, Triq il-Progress, Misraħ Hamilkar Barka, Triq San Franġisku Saverju, Triq San Filippu, Triq Alessandru, Triq is-Sebh, Triq San Ġwann, Triq il-Gurgier, Triq il-Port Ħieles, Triq il-Ħaruf, Triq Arzella, Triq il-Kartaġinizi, Triq San Edwardu, Misraħ isSummit u Wesgħa Carmelo Caruana.

Il-Ministru Konrad Mizzi sostna li din hija waħda mill-inizjattivi li ser titwettaq wara li fix-xhur li għaddew infetaħ skatepark flimkien mal-President Emeritus Marie-Louise Coleiro Preca, u kif ukoll miżuri oħra li jnaqqsu l-istorbju ġġenerat mill-kummerċ fil-lokal, fosthom tibdil ta’ cranes u kif ukoll ġnien u bosk rikreattiv li mistenni jservi bħala sound barrier. Żied jgħid li barra minn hekk, Birżebbuġa mistennija jkollha wieħed mill-isbaħ promenades ġewwa Malta, flimkien m’ parkeġġ ġdid li mistenni jtaffi l-problema tal-parking. Dan kollu bl-għan li r-residenti ta’ Birżebbbuġa tingħatalhom lura d-dinjità li tant jixraq lil dan il-lokal.​ ​​

30 day Evaluation period has expired on 20/09/2019 11:09:09!
Evaluation Version (© 2015 AMREIN ENGINEERING AG)