Fid-dawl tal-falliment
tal-kumpanija Ingliża Thomas Cook, il-gvern Malti ser ikun qiegħed jevalwa
s-sitwazzjoni u jieħu numru ta’ inizjattivi sabiex il-viżitaturi u l-lukandi
Maltin jintlaqtu bl-inqas mod possibbli.
Bħalissa għaddejin
diskussjonijiet fuq livell għoli mal-istakeholders kollha, u permezz tal-Awtorità
Maltija għat-Turiżmu ġiet offruta kull għajnuna possibbli lill-British High
Commission li qiegħda tikkordina l-ħidma ta’ ripatrijazzjoni tal-klijenti
Ingliżi ta’ Thomas Cook.