Navigate Up
Sign In

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, SPORT U GĦAQDIET TAL-VOLONTARJAT

Reference Number: PR192200, Press Release Issue Date: Oct 16, 2019
 
Imnedija l-40 edizzjoni tar-Rolex Middlesea Race f’pajjiżna

Flimkien mar-Royal Malta Yacht Club u Yachting Malta, ġiet imnedija l-40 edizzjoni tar-Rolex Middlesea Race f’pajjiżna; tellieqa li tibda u tispiċċa minn pajjiżna u li tattira numru kbir ta’ spettaturi u atleti li jipparteċipaw f’dan l-avveniment.

Dan l-avveniment ser jibda uffiċjalment fid-19 ta’ Ottubru f’Malta, u jkompli f’Capo Passero, Messina, Stromboli, Favignana, Pantelleria u Lampedusa, sakemm it-tellieqa terġa’ issib ruħha f’Malta.

Għal dan l-avveniment sportiv, mistennija jiġu numru kbir ta' turisti u dilettanti tas-settur tal-ibburdjar sabiex isegwu dan l-ispettaklu ġewwa l-Port il-Kbir. Barra minn hekk, dan l-avveniment, li huwa segwit ħafna, iġib miegħu l-aqwa sportivi minn dan is-settur f'pajjiżna, biex jikkompetu f'din il-kompetizzjoni internazzjonali.

Waqt din it-tnedija, l-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi qal li dan l-avveniment jattira numru ta’ viżitaturi minn barra minn xtutna, li jiġu propju għal dan l-avveniment. Avvenimenti bħal dan huma importanti sabiex jattiraw niche tourism lejn pajjiżna, u b’hekk Malta tkompli ssaħħaħ il-kalendarju tal-avvenimenti tagħha matul is-sena, speċjalment fis-shoulder months ta’ pajjiżna, u b'hekk pajjiżna jkompli ikun inqas staġjonali għas-settur turistiku.

Il-Ministru Konrad Mizzi qal li, f’dan l-avveniment, is-sena l-oħra pparteċipaw madwar 130 yacht li ġew minn pajjiżi differenti madwar id-dinja. Huwa għalhekk qal li dan l-avveniment għandu l-appoġġ tal-Ministeru għat-Turiżmu permezz tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u l-Yachting Malta.

Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat Clifton Grima, filwaqt li tenna l-appoġġ tiegħu għal inizjattivi bħal dawn, saħaq li dan l-isport, u b'mod partikolari l-jottijiet, huwa kontributur importanti ħafna għall-industrija tagħna.

“It-turiżmu sportiv qiegħed dejjem jikber. Madankollu, ir-Rolex Middlesea Race hija waħda mill-attivitajiet li tikkontribwixxi l-iktar għal dan it-turiżmu ġdid. Il-gvern qed jaħdem biex iżid in-numru ta' viżitaturi billi joffri inċentivi lill-korpi governattivi tal-isport, sabiex ikomplu jorganizzaw avvenimenti internazzjonali f'pajjiżna.”​ ​

​​

30 day Evaluation period has expired on 16/10/2019 12:56:49!
Evaluation Version (© 2015 AMREIN ENGINEERING AG)