Navigate Up
Sign In

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU

Reference Number: PR192413, Press Release Issue Date: Nov 09, 2019
 
Il-Ministru Konrad Mizzi jipparteċipa f’sessjoni mtellgħa minn SunX Malta waqt il-fiera WTM f’ Londra.

Ġewwa l-fiera internazzjonali ‘World Travel Market’ ġewwa Londra, l-Isititut SunX qajjem interess ma’ bosta stakeholders mis-settur tal-avjazzjoni u t-turiżmu, fejn dan l-istitut internazzjonali bbażat Malta, flimkien mal-Ministeru ghat-Turiżmu u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, ġiet organizzata sessjoni lil-udjenza preżenti dwar ir-realtajiet u l-pjan li qed joffri dan l-istitut għat-tibdil fil-klima.

Il-Ministeru għat-Turiżmu kien beda l-inizjattiva għal twaqqif ta’ Global Institute for Climate Friendly Travel, b’kollaborazzjoni ma’ SunX u llum dan l-istess istitut qed jevolvi. Permezz ta’ din l-inizjattiva, il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi, li kien prezenti gewwa Londra, u li indirizza l-udjenza, enfasizza l-punt li ser naħdmu ma’ msieħba soċjali fis-setturi tal-ivjaġġar u t-turiżmu biex nipproponu u nimplimentaw miżuri favur it-tibdil fil-klima. Dan se jippermetti lill-industrija turistika tkun proattiva biex naslu għal soluzzjonijiet prattiċi li jnaqqsu l-impronta tal-karbonju filwaqt li nirrikonoxxu s-sbuħija tal-ivjaġġar.

Il-Ministru Mizzi żied jgħid li l-Ministeru għat-Turiżmu, flimkien ma’ SUNx, qed jaħdem fuq sistema, permezz tat-teknoloġija blockchain, li tippermetti kumpaniji globali u organizzazzjonijiet lokali jkejlu l-impronta tal-karbonju waqt l-ivvjaġġar tagħhom.

Il-Kokreatur ta’ SUNx Geoffrey Lipman qal li hemm diversi sfidi magħrufa għal din it-trasformazzjoni bħall-kumplessità ta’ pjanar fit-tul; il-problema biex jinstab fjuwil sintetiku li ma jarmix karbonju; il-firxa ta’ interazzjoni ma’ teknoloġija interattiva ġdida; kif ukoll il-bżonn li nippreparaw il-ġenerazzjonijiet futuri ta’ kumpaniji tal-ivvjaġġar u lil dawk li jkunu qed jivvjaġġaw. Geoffrey Lipman qal li l-pjan ta’ SUNx Plan for our Kids se jkun qed jiżviluppa għodod u mekkaniżmi li jgħinu biex issir din it-trasformazzjoni, filwaqt li jsib metodi kif jiżra l-kunċett ta’ vjaġġar favur it-tibdil fil-klima kemm fl-industrija turistika kif ukoll fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet mill-gvernijiet.
​​​​​​​​​

30 day Evaluation period has expired on 12/11/2019 08:58:44!
Evaluation Version (© 2015 AMREIN ENGINEERING AG)